Seba' reklami mwaqqfa
L-awtorità tal-Istandards tar-reklami tal-Ingilterra waqqfu seba' reklami milli jkomplu jintwerew



L-ewwel reklam li twaqqaf hu dak tal-
Poundworld li jgħid li kollox jiswa £1 meta fil-fatt instab li fil-ħanut tagħhom kien hemm oġġetti li jiswew £8.99
Olay li hu krema kontra t-tikmix fejn fir-ritratt tidher l-artista Twiggy mingħajr tikmixa waħda, iżda nstab li t-tikmix ma marx bil-krema imma billi r-ritratt kien imbagħbas bil-kompjuter.

Red Bull F'Awwissu li għadda l-kumpanija kellha tħallas £8 miljun meta tilfet kawża minn konsumaturi talli dawn kienu jgħidulhom li r-Red Bull jgħinek tkun aktar fiżiku u moħħok jaħdem aħjar.

Id-Dipartiment tal-enerġija u l-bidla klimatika. Il-Gvern Ingliż wiegħed permezz ta' dawn ir-reklami li bl-iskema li kien qed joffri fl-enerġija wieħed kien se jiffranka l-flus meta fil-fatt dan ma kien xejn.

Reebok. Din id-ditta tal-isports kellha tirrifondi s-somma ta' £16-il miljun lil konsumaturi talli kienet qed tirreklama li jekk tilbes iż-żraben Easy Tone Shoes, wieħed kien isaħħaħ il-warrani u saqajh. U dawn ma kellhomx provi.
Listerine: Għal 50 sena sħaħ dawn kienu jirreklamaw li l-prodott tagħhom kien rimedju kontra l-irjiħat, Il-kummissjoni ddikjarat li dan xejn ma kien minnu.

Morrisons: Aktar kmieni dis-sena s-supermarket kellu attakk sħiħ meta fir-reklam jidher tifel li jingħata hamburger u dan ineħħi s-salad minnu qabel jieklu.Morrison supermarket qalet li r-reklam kien kontra l-ikel mhux 'healthy' iżda l-kummissjoni rat fih in-negattiv u ġegħlithom ineħħuh.