Illum Jum il-Kunjata

Festa li bdiet sena ilu li tagħtik iċ-ċans li tferraħ lil dik li tagħtek lil martek jew lil żewġek

Hudu hsieb li tfissdu lil kunjata ħalli dan ma jiġri qatt
Hudu hsieb li tfissdu lil kunjata ħalli dan ma jiġri qatt

Il-Kunjati jaqilgħu wisq fuq rashom. Iżda ħaqqhom din ir-reputazzjoni? Ħaqqhom li ħafna  jqisuhom bħala xi saħħara li ma taċċettax li xi ħadd joħdilha lill-uliedha li jibqgħu mwaħħlin magħha?

Din il-ġurnata saret biex bis-saħħa tagħha l-kunjata u int, ikollkom ċans tkunu tafu lil xulxin aktar billi tieħdu l-parir tiegħi u taraw li tieħdu waħda mis-sitt idejat li se nagħtikom biex tferrħlu lil kunjata

1. Anke jekk bejnek u l-kunjata m'hemm xejn ħażin li tfissidha ftit f'din il-ġurnata hu garanzija li ż-żwieġ tiegħek imur aħjar

2. Rigal kulħadd iħobbu mela aħsbu ftit dan l-aħħar qerditx għal xi ħaġa li għandha bżonn u ixtruhulha.

3. Jekk il-kunjata għandha dak kollu li trid mela morru ixtrulha bukkett sabiħ tal-fjuri favoriti tagħha jew anke xi pjanta sabiħa.

4. Oħorġuha tiekol ikla tajba inkella stidnuha għall-ikel. Sajrulha l-ikel favorit tagħha.

5. Tistgħu taqtgħulha biljett għal xi show li ilha tixtieq tara inkella xi voucher biex tagħmel xi massage.

6. Inkella oħorġu liż-żewġ kunjati ma' uliedkom u oħorġu kollha flimkien u b'hekk it-tfal f'din il-ġurnata jgawdu wkoll lin-nanniet kollha.

 

More in Zekzik