
L-attriċi Jane Lynch uffiċjalment libera
Id-divorzju jiswieha mal-miljun dollaru

Jane Lynch, attriċi fis-sensiela televiżiva Glee, ħadet id-divorzju t-Tnejn li għadda mill-mara tagha Dr Lara Embry. Lynch se jkollha tħallas $1.2 miljun fi żmien sentejn lill-eks martha peress li taqla’ l-aktar flus. Imma minbarra din is-somma, Embry se tieħu wkoll fost oħrajn flus mill-kontijiet bankarji, mill-fondi fiduċjarji u mir-rifużjoni tat-taxxa tagħhom u nofs ir-royalties mid-dehriet ta’ Lych fuq it-televixin inkluż Glee. Fuq kollox Embry ħa tieħu anki l-kelb tagħhom, Francis.
Imma minkejja kollox, huma baqgħu jitkellmu u jiltaqgħu. Fil-fatt f’Marzu li għadda dehru fil-pubbliku flimkien. Dwar dan Lynch, qalet: “Kollox hu sew. Għandna tifla żgħira - hi għandha tifla - li hi għażiża ħafna għalija. Rridu nibqgħu adulti, li hekk għamilna. Inżommu f’moħħna l-ġid ta’ kulħadd, l-aktar ta’ Haden.”

Il-koppja ltaqgħet fl-2009 f’attività ta’ ġbir ta’ fondi. Sena wara żżewġu. Ulied flimkien m’għandhomx imma Lynch saret omm tar-rispett ta’ Haden, li llum għandha 11-il sena, meta żżewġet lil ommha.
F’Ġunju tal-2003 l-attriċi ħabbret is-separazzjoni. Xahar wara applikat għad-divorzju u f’Jannar li għadda ffinalizzawh.