
Qata’ l-parti tiegħu wara li telqitu t-tfajla
Kif kont taf, u kif se tiġi ma tafx


Kull raġel għandu ċertu kburija bil-parti sesswali tiegħu u ma jkun irid lil ħadd imaqdarielu. Raġel Maċedonjan iddeċieda li wara li ħassar minn mat-tfajla tiegħu jagħmel daqsxejn tibdil, radikali, f’ġismu. Dan kollu ġara wara li dik li kienet is-sieħba tiegħu qaltli li se titilqu minħabba li ma kinitx sesswalment sodisfatta għax kellu l-membru tiegħu żgħir.
Dan l-att makabru għamlu b’sempliċiment daqqa ta’ xafra. Daqqa waħda… u barra. Imbagħad qabad ix-xafra flimkien mal-apparat, u ramihom fiż-żibel. Bla dubju ta’ xejn, id-demm ma waqafx u kellu jikkuntattja lis-servizzi tal-emerġenza. Kien meħud fi sptar f’Kocani fejn permezz ta’ kirurġija t-tagħmir reġa’ twaħħal f’postu. S’issa għadu mhux magħruf jekk il-parti tiegħu hux se terġa’ tibda tiffunzjona jew le, nittamaw li jgħaddilu malajr u kollox jerġa’ lura għan-normal… imma kif jgħid il-Malti, kif kont taf… u kif se tiġi ma tafx!