Qabadha tisirqu u neżżagħha għarwiena fil-pubbliku

Sid il-ħanut neħħielha l-qmis u l-bra u ħalliha fit-triq nofsha għarwiena

Yu Chung tidher tiġi mbuttata għal ġo trieq bla ħwejjeġ minn sid il-ħanut
Yu Chung tidher tiġi mbuttata għal ġo trieq bla ħwejjeġ minn sid il-ħanut

Tfajla Ċiniża ta' 28 sena tħalliet nofsha għarwiena meta sid il-ħanut irrabbjat talli serqitu u qabadha fil-fatt tisirqu, ċarrtilha l-qmis minn fuqha u neħħielha l-bra u tefagħha fit-triq. Dan skont Mei Hsueh ta' 39 sena biex din it-tfajla titgħallem minn dan il-kastig u ma terġax tisraq.

Il-każ ġara f'Wenzhou fil-provinċja ta' Zheijang. Meta waslu l-pulizija sid il-ħanut qalilhom li hu għamel hekk ukoll ħalli hi ma tkunx tista taħrab.

Fil-fatt il-pulizija arrestawha u tellgħuha l-qorti filwaqt li sid il-ħanut ma qalulu xejn.

Xi nies li kienu viċin ġibdu ir-ritratti tal-każ u Mei instema jgħid, "hi serqitli ħwejġi u jien issa ħadt tagħha. Żgur li darb'oħra taħsibha darbtejn qabel tidħol f'ħanut u tipprova tisraq. Fl-istess waqt qed nagħti risposta hemm barra li mhux kull sid tal-ħanut tista tagħmel li trid bih."

Ħin minnhom it-tfajla niżlet għarrkubtejha taqbad sieq sid il-ħanut u bdiet titolbu jagħtiha l-bra ħalli tgħatti lilha nnifisha mill-folla li bdiet tinġabar.

Yu Chung titlob lil sid il-ħanut biex jagħtiha l-0bra ħalli titgħatta
Yu Chung titlob lil sid il-ħanut biex jagħtiha l-0bra ħalli titgħatta

 

More in Zekzik