
Illum jum il-mara tad-dar
Jum il-mara tad-dar jiġi ċċelebrat kull sena fit-3 ta' Novembru

Jekk hawn ġurnata ddedikata għal kollox żgur importanti li jkollna ġurnata ddedikata lil dawk in-nisa u ommijiet li jiddedikaw ħajjithom biex jieħdu ħsieb id-dar.
Għalkemm illum il-ġurnata dawn in-nisa dejjem qed jonqsu, minħabba li llum il-ġurnata ħafna ommijiet qed jeħtiġilhom li joħorġu jaħdmu, xorta għad hawn numru kbir ta' ommijiet li mis-sbiħ ta' filgħodu sal-lejl jieħdu ħsieb id-dar, il-ħasil, l-indafa, it-tfal u lil żwieġhom fost l-oħrajn.
Illum hi l-ġurnata ta' dawk in-nisa li "ma jaħdmux"... jew forsi, ta' dawk li jaħdmu bla waqfien. Erba' u għoxrin siegħa kuljum.
B'hekk jekk int mara tad-dar illum ftakar li din il-ġurnata hi ddedikata għalik. U dawk li ommhom, marthom jew is-sieħba dejjem tkun issefter fil-kċina, illum agħmlu sforz u rringrazzjawha għax-xogħol siewi u bla heda li tagħmel.