Mar jieħu drink bl-ajruplan

Awstraljan iddeċieda li jmur jieħu drink bl-ajruplan b'kollox u pparkjah quddiem il-pub

Ipparkja l-ajruplan u mar ħa drink il-pub
Ipparkja l-ajruplan u mar ħa drink il-pub

Awstraljan f'belt ċkejkna fl-outback tal-Awstralja saq l-ajruplan tiegħu sal-pub, ipparkjah barra l-pub qabel daħal u ħa tazza birra kiesħa.

Il-pulizija ġew imsejħa fil-Purple Pub fi Newman wara li folla ta' madwar 200 persuna segwew ajruplan żgħir isfar li għadda bl-iskrun idur mit-triq prinċipali tal-belt sa ma ġie quddiem il-pub fejn ipparkjawh, niżel minnu u daħal jieħu flixkun birra. Il-ġwienaħ kienu mneħħijin iżda l-fatt hu li ajruplan m'għandux steering. Il-porprjetarju għandu 37 sena u hu msemmi għal karattru volatili tiegħu. Il-pulizija qalu li l-fatt li ma kellux steering wheel u li l-iskrun kien għaddej sew, kien ta' periklu speċjalment li dak il-ħin kienu għadhom kif spiċċaw it-tfal mill-iskola. 

L-ajruplan ġie ttowjat mill-pub u l-pilota ġie mtella' l-qorti akkużat li pperikola l-ħajja taċ-ċittadini. Biex tkompli tgħaxxaqha nstab li dan il-persuna qas kellu liċenzja ta' pilota.

More in Zekzik