
Inħobb nisa li għandhom kontroll – Minaj
Tippoża għall-edizzjoni ta’ V magazine waqt li ssostni li trid tkun ta’ ispirazzjoni għan-nisa

Ir-rapper Amerikana Nicki Minaj
F’intervista ma’ V magazine, ir-rapper Nicki Minaj qalet: “Nħobb nisa li għandhom kontroll, li joħolqu standards, u li jemmnu biżżejjed fihom infushom biex immexxu l-karriera tagħhom huma stess. Meta nirbaħ u meta nitlef, nieħu r-responsabbiltà tagħhom, għax jien responsabbli tagħhom.
“Hemm ħafna rappers irġiel b’saħħithom li influwenzawni ħafna fil-ħiliet tiegħi u l-lat imprenditorjali. Imma fl-aħħar tal-ġurnata xorta lin-nisa rrid nispira.”
Żiedet tgħid li dejjem sfidat in-normi għax hi min hi u hekk tħoss li għandha tagħmel. Tħoss li jkollha tgħid mill-inqas ħaġa waħda li ħadd mhu lest jgħid waqt li tkun qed taħdem fuq kanzunetta.

Il-qoxra tal-magazin li Minaj ippużat għalih
More in Zekzik