Jekk tħobb toqgħod għarwien tista' tixtri dar hawnhekk

Programm televiżiv ġdid fl-Amerka fejn nies li jridu jgħixu għarwenin jittieħdu jaraw djar imdawrin b'nies bla ħwejjeġ

Nudisti jippruvaw ibiegħu proprjeta fiż-żona Naturista
Nudisti jippruvaw ibiegħu proprjeta fiż-żona Naturista

Minn Nhar it-Tlieta li ġej fl-Amerka se jidher programm li qed ikun mistenni ħafna, fejn Jackie Youngblood li hi naturista (jiġifieri tgħix ħajjitha bla ħwejjeġ) tħajjar nies jaraw djar u proprjetà f'żoni fejn jgħixu nies naturisti (għarwenin). Għalhekk f'dan il-programm dawk li jdawruk id-dar ikunu bla ħwejjeġ, iżda Jackie Youngblood u dawk li jkunu jridu jixtru jkunu bil-ħwejjeġ. Id-diffikultà li qed isibu hu li l-għajnejn waqt il-ġbid tal-filmati jridu jibqgħu iffukati fuq l-għajnejn ta' min irid ibiegħ u ma jmorrux 'l isfel minn hekk (jekk jista' jkun).

partijiet mgħottijin b'mod artistiku
partijiet mgħottijin b'mod artistiku
Iljunfant itellef il-viżta
Iljunfant itellef il-viżta

Interessanti l-fatt li ħafna se jdawru għal fuq l-istazzjon bit-tama li jaraw xi partijiet interessanti, iżda ħafna se jibqgħu b'xiber imnieħer għax fejn jidhru partijiet li jkunu mfitxxija mit-telespettaturi, dawn jiġu mgħottija b'xi statwa, vażun inkella xi parti mill-għamara b'mod artistiku. Biex b'hekk iħallik tipprova titħajjar li jekk trid tara iżjed tixtri proprjetà minn dawk in-naħat u tkun tista' tara li trid u turihom li trid.

 

 

More in Zekzik