Tonya marret tiekol il-pastizzi għand Parparellu Londra
Parparellu hu kafetterija li tinsab Hammersmith Londra li jagħtik tiekol u tixrob dak li hu Malti
Tonya waħda mid-duo folkloristiċi ta' Benny u Tonya bħalissa tinsab Londra u Facebook tefgħet ritratt tagħha tiekol pastizz Malti u tixrob ix-xarba Maltija, Kinnie. U qaltilna wkoll li tinsab għand il-Parparellu li jinsab 3 minuti bogħod mill-istazzjon tal-underground ta' Hammersmith.
Fil-fatt għamilna ftit tal-investigazzjoni dwar dan Parparellu u sibna li dan ir-ristorant/kafeterija Maltija qed tagħmel ħoss kbir mal-komunità Maltija ta' Londra fejn wieħed isib mhux biss pastizzi, iżda, kannoli tal-irkotta, qassatat tal-piżelli, tal-ġobon, tat-tonn u spinaċi, issiblu qassatat Siċiljani (li mhux Maltin imma jħobbuhom il-Maltin), qagħaq tal-għasel, Kinnie, Cisk, Twistees u kull tip ta' ikel Malti. Fil-menu fil-fatt wieħed anke jsib il-ftira biż-żejt, insomma kif jafu jħawruha l-Maltin. Imsemmi wkoll għal kafè bnin tiegħu.
Wieħed jista' jżomm ruħu aġġornat fuq Facebook fuq il-paġna 'Parparellu' u min irid iżuru Londra l-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7am sas-7pm u s-Sibt u l-Ħadd mit-8am sas-7pm.