Lukanda lussuża f’Londra ordnata li titmexxa skont il-liġi tax-Sharia

Politika stretta Iżlamika imposta fil-Bermondsey Square Hotel f’Londra mis-sid il-ġdid li hu Musulman

Lukanda esklussiva u lussuża ma sservix alkoħol u lanqas majjal wara li din inxtrat minn negozjant multi miljunarju mill-Lvant nofsani li jrid imexxi l-lukanda skont il-liġi tax-Sharia. Dawk li jioxorbu ġew offruti birra non alkoħolika u il-parruċċani li jmorru jieklu ma ngħatawx ħut stil Ingliż għax il-‘batter’ ikun maħdum bil-birra. Ristoranti fil-vċiinanzi qalu li huma marru tajjeb ħafna għax il-klijenti ta’ din il-lukanda ħarġu ‘l barra u marru jieklu fir-ristoranti tal-viċin.

 

Il-ħaddiema tal-lukanda qalu li dawn ir-regoli ġew implimentati mill-ewwel nhar it-Tlieta li għaddew fuq ordni tas-sid il-ġdid li hu Musulman, fejn Sforza lil waiters bie xjgħidu lill-klijenti li l-menu li kien hemm m’għadux jeżisti.

 

Din il-lukanda li kienet imsemmija għall-ikel bnin tagħha issa se jkollha tibdel il-menu fejn il-bażi tal-ikel se jkun it-tiġieġ u zalzett taċ-ċanga flok tal-majjal. Biex wieħed joqgħod f’din il-lukanda jrid iħallas £220 kull lejl u hi l-ewwel waħda li introduċiet il-politika stretta Musulmana. Iżda ħaddiema tagħha qalu li dawn il-bidlet ikkawżaw ħafna kanċellazzjonijiet u n-negozju ħa daqqa ‘l isfel.

 Ħafna qed jibżgħu li se jitilfu xogħlhom jekk din il-lukanda li darba kienet ivvutata bħala ‘Uk Trendiest place’ ma tmurxc għal klijentela differenti.

Klijent qal li kienu grupp li marru jieħdu drink fil-lukanda u dawn qalulu li ma jistgħux iservuh alkoħol għax skont il-liġi tax-xarija, musulman ma jista xjaqla flus minn fuq l-alkoħol. Dan il-klijent qal li n-negozju dan l-aħħar kien kwiet u żgur li din il-poltiika li qed tħaddan din il-lukanda se tkun il-mewt tagħha.

Għalkemm hemm min qed jgħid li l-lukanda tista tmur tajjeb mal-klijenti musulmani.

More in Zekzik