Amanda Bynes toħlom li toqtol lil missierha
Tixtieq taħraq darha wkoll
L-attriċi Amanda Bynes instemgħet tgħid li toħlom li toqtol lil missierha, li taqta’ l-polz t’ommha u anki li taħraq id-dar tagħha stess. Bynes instemgħet tgħaddi wkoll kumment omofobiku lil ħabib tagħha – “tant int gay li tweġġgħani”.
Dan kollu ġie rekordjat il-ġimgħa li għaddiet minn waħda mit-tfajliet li qed taqsam il-flat ma’ Bynes waqt li kienu qegħdin isuqu. Din l-ewwel darba li ħareġ fil-pubbliku x-xenati li l-attriċi tagħmel meta tkun irrabjata.
Qraba ta’ Bynes riedu li dan kollu joħroġ fil-pubbliku biex forsi t-tfajla fl-aħħar tieħu l-kura medika li qegħdin isostnu li għandha bżonn. Ir-rabja kontra familtha bdiet wara li tpoġġiet f’istitut psikologu kontra l-volontà tagħha s-sena li għaddiet minħabba li tat in-nar lil darha.