L-S Club 7 ħadu sentejn biex jerġgħu jingħaqdu
Reġgħu ngħaqdu grazzi għall-ammiraturi
L-S Club 7 ferħu lill-ammiraturi tagħhom meta ngħaqdu biex ikantaw waqt Children in NEED. Iżda li ma kinux jafu hu li l-grupp ħa sentejn biex reġa’ nġhaqad. Waħda mill-kantanti,Tina Barrett, fil-fatt qalet: “Ikkuntattjat lil kulħadd sentejn ilu u ġew kollha għandi u kilna Ċiniż.”
Bradley McIntosh żied jiċċajta magħha: “Jgħidu li raġel tirbaħlu qalbu bl-ikel imma hu anki mezz kif terġa’ tgħaqqad band.”
“Imma ngħaqqadna minħabba l-ammiraturi. Kienu qegħdin jippruvaw jilħquna permezz ta’ Twitter allura Tina laqqgħatna fl-istess karma u qaltilna, “Tridu nitkellmu dwar li nerġgħu ningħaqdu?”
Rachel Stevens, membru oħra tal-grupp, spjegat kif matul is-snin kellhom opportunitajiet varji, imma li issa kien iż-żmien ideali biex jerġgħu jingħaqdu. “ Naħseb li kien assolutament perfett li ngħaqadna għal Children In Need. Kburija li konna parti minn xi ħaġa hekk u nħass bħala l-mod ideali biex tiċċelebra S Club.”