Pellegrinaġġi għal muntanja tas-sess
Irġiel u nisa miżżewġa jorqdu ma' nies li qatt ma kienu jafu bħala ritwal reliġjuż
Rit reliġjuż mhux tas-soltu u ferm biżarr fejn isir pellegrinaġġ fuq muntanja fl-Indoneżja fejn irġiel u nisa miżżewġa jiltaqgħu ma' nies li ma jkunux jafu u jqattgħu l-ħin kollu jagħmlu s-sess ma' xulxin, filwaqt li jitolbu lill-alla tal-adulterju.
Dan jiġri fl-Indoneżja, pajjiż Musulman fejn l-adulteru hu tabu'. Iżda din l-użanza hi aċċettata dik tal-pellegrinaġġ fil-lokalità ta' Gunung Kemukus, fejn il-muntanja jsibuha wkoll bħala l-muntanja tas-sess.
Dan ir-ritwal imur lura mis-seklu 16. Il-pellegrini jemmnu li jekk jżuru seba' darbiet din il-muntanja u jagħmlu seba' talbiet lil prinċep tal-adulterju Samundro, ikollhom rikkezzi u fortuna f'ħajjithom.
Eluf kbar jagħmlu dawn il-pellegrinaġġi fuq din il-muntanja tas-sess.