"Twelidt raġel u kien jisimni David" - It-tfajla ta' Phelps
It-tfajla tal-aqwa għawwiem li qatt kien hawn Michael Phelps tgħid li żammet ir-relazzjoni tagħhom kwieta minħabba dan il-fatt







Il-preżunta għarusa ta' Michael Phelps, Taylor Lianne Chandler twieldet raġel bl-isem ta' David Roy Fitch. Preżunta għax l-ebda ritratt m'hemm tagħhom flimkien. Iżda dan l-aħħar Phelps kien arrestat li kien qed isuq wara lejl jilgħabhom u jixrob f'casino u miegħu kien hemm Lianne u kien hawn li ġie konfermat li dawn jinsabu f'relazzjoni flimkien. Taylor tgħid ukoll li huma żammew din ir-relazzjoni kwieta minħabba l-passat tagħha fejn issa ddeċidiet li toħroġ fil-pubbliku.
Taylor issostni li twieldet bl-organi ta' raġel (iżda mingħajr testikoli), b'utru iżda mingħajr ovarju. Tiddefinixxi ruħha bħala intersesswali iżda tammetti li qatt ma ħassitha li hi raġel. "Qatt ma għext ħajja ta' raġel u ħadd qatt ma rani bħala raġel," qalet Chandle, li ta 20 sena għamlet operazzjoni biex issir mara proprja wara li fl-adoloxxenza kienet tieħu blokkanti tat-testosteron.
Illum għandha 41 sena u tgħid li għandha relazzjoni sesswali ma' Phelps u li flimkien jgawdu ħajja sesswali mill-aqwa. "Li ngħix ma' Michael inħossni bħala adolexxenti fl-imħabba, ħadd bħalu ma jġegħelni nħossni daqshekk protetta u aċċettata."
Il-fatt hu li dan is-sigriet iċ-Champion Olimpiku sar jafu minn fuq Facebook għax iddeċidiet li twassal l-istorja tagħha fuq Facebook milli tgħidlu wiċċ imb wiċċ.