
Il-kostum tal-iljun ta’ Wizard of Oz għall-irkant
Mistenni li jġib mal-£1 miljun

L-erba' karattri popolari ta' The Wizard of Oz
Illum il-kostum tal-iljun beżżiegħ tal-film klassiku Wizard of Oz tal-1939, milbus mill-attur Burt Lahr, se jkun irkantat. Il-kostum kien inħaddem minn ġild veru tal-iljuni u jiżen iktar 25kg. Hu stmat li se jinbigħ mal-$1 miljun.
Fl-irkant li se jsir fid-dar tal-irkanti ta’ Bonham fi New York se jkun hemm memorabilja oħra ta’ Hollywood fosthom il-pjanu ta’ Sam tal-film Casablanca, il-ġakketta ta’ Clark Gable tal-film Gone With the Wind u l-libsa ta’ Marilyn Monroe tal-film River of No Return.
Fl-2006 kostum tal-iljun sekondarju, maħsub li kien intlibes minn stuntman fuq is-set, inbigħ fuq eBay għal £500,000.
More in Zekzik