
Pullicino mal-eks segretarju permanenti
intlemaħ ma' Chris Ciantar fuq titjira barra minn Malta

George Pullicino l-eks ministru Nazzjonalista li dan l-aħħar kien il-mira ta' kritika dwar deciżjoni biex il-kumpanija Alberta flimkien ma' kumpanija Spanjola tingħata kuntratt li jiswa ma' 35 miljun intlemaħ ma' Chris Ciantar l-eks segretarju parlamentari fuq titjira barra minn Malta. Pullicino kien magħruf li kien jafda f'idejn Ciantar u f'nofs il-kontroversja intwera ċar is-sehem dirett ta' Ciantar fid-deċiżjoni biex l-Alberta tingħata il-kuntratt. Minkejja kollox ma jidhirx li hemm xi prova ta' xi abbuż ħlief li l-kuntratt huwa wieħed 'skandaluż' fis-sens li jagħti vantaġġ fiskali kbir lil Alberta. Aktar u aktar għax il-fotovoltajiċi li kienu ser jitwaħħlu kien ser jitpoġġew fuq il-bjut ta' binjiet tal-Gvern.