Kont għarusa iżda qatt ma kelli x'naqsam sesswalment - Suor Cristina

Is-soru ta' 25 sena lr-rebbieħa ta' 'The Voice' tirrakkonta ħajjitha qabel daħlet soru

qabel daħlet soru qatt ma ħarġet mingħajr maskara u mingħajr takkuna
qabel daħlet soru qatt ma ħarġet mingħajr maskara u mingħajr takkuna

Suor Cristina qalet li meta kienet tifla kienet bil-għaqal ħafna: kienet tistudja, tmur il-katekiżmu u kienet ukoll abbati. "Qatt m'għamilt ħmerijiet għax ommi kienet dejjem tgħidli ara ma tirkibx ma' xi ħadd fil-karrozza għax gwaj għalik, speċjalment jekk ma ngħidiliex. B'dan il-mod irbaħt il-fiduċja ta' ommi. "Irrid nammetti li qabel dħalt soru qatt ma ħriġt mid-dar mingħajr maskara jew mingħajr takkuna."

Suor Cristina kellha għarus, "Kien jismu Lucio. L-ewwel bewsa kienet waħda normali, iżda tgħidx kemm stħajna minn xulxin, għax kienet xi ħaġa ġdida għalina t-tnejn. Kelli bejn 12 u 13-il sena. Qatt ma ħabbejtu imma hu kien miġnun fuqi u kien jixtrili ħafna rigali. Iżda fl-aħħar kon t għidtlu li l-istorja tagħna ma setgħetx tkompli. Ma ħassejtx li kelli nitmejjel bih." Hi u Lucio lim kien Sqalli u li llum għandu 25 sena damu ħafna snin joħorġu flimkien.

"Kien hemm żmien li tlift rasi fuq xi ġuvni wkoll iżda xejn iżjed. Qatt ma kelli x'naqsam sesswalment mal-ebda ġuvni. Il-ġenituri tiegħi kienu għallmuni li s-sess stajt nagħmlu wara ż-żwieġ. Għalhekk kont deċiża li meta nsib l-imħabba ta' ħajti nagħti ruħi u ġismi lilu. Iżda imbagħad iddeċidejt li noffri ruħi għal Mulej, kienet 'love at first sight'.

 

 

More in Zekzik