
Jitfaċċa tape jaħraq ieħor ta' Kendra Wilkinson
Din id-darba l-filmat sar ma’ mara u tpoġġa fuq l-internet għall-ewwel darba erba’ snin ilu

Fl-2010 kien tpoġġa fuq l-internet filmat jaħraq ta’ Kendra Wilkinson f’xeni intimi ma’ ħabibitha Taryn Ryan. Dan il-filmat ta’ 45 minuta reġa’ rxoxta minħabba li Wilkinson bħalissa qed tieħu sehem fir-reality show I’m A Celebrity... Get Me Out of Here. Wilkinson hi eks mudella tal-Playboy u għamlet ħames snin tgħix fil-Playboy Mansion bħala waħda mit-tliet tfajliet ta’ Hugh Hefner.
Kienet kisbet aktar attenzjoni meta ħareġ l-ewwel filmat jaħraq mal-eks partner tagħha, Justin Frye, fl-2011. Frye kien tħallas $100,000 minn Vivid Entertainment għalih.
It-tieni filmat inġibed minn Frye wkoll fl-2005 meta l-mudella kellha 18-il sena u kien hemm involut ukoll il-boyfriend tat-tfajla l-oħra.
Jessica Hall, mudella li ilha taf lil Wilkinson dawn l-aħħar disa’ snin, qalet lil gazzetta The Sun: “Kendra hi mqarba u meta għamlet dawk it-tapes kienet qed tgħix ħajja ta’ żagħbil. Kienet illaxkat, kienet tgawdi u għexet ħajja li ħasbet kienet il-ħolma ta’ kull tfajla. Ma niftakarx wisq affarijiet dwar dak iż-żmien.
“Kulħadd għandu passat u mhix hi li ddeċidiet li tpoġġi dawn l-affarijiet online. Mhix se tagħti kas x’jgħidu n-nies, tibqa’ għaddejja.”