(FILMAT) Tfajliet Indjani jiddefendu ruħhom f'karrozza tal-linja
Żewġt aħwa Indjani iddefendew ruħhom kontra tliet irġiel li ppruvaw imissuhom fuq tal-linja
Filmat ta' żewġ aħwa bniet, waħda ta' 22 sena u l-oħra ta' 19-il sena qed jdur madwar id-dinja kollha u l-midja barranija qed tagħmel pressjoni kbira fuq il-gvern Indjan fejn issa n-nisa iddejqu jiġu ttantati u mmolestati sesswalment fuq it-trasport pubbliku.
Dawn iż-żewġ aħwa iddefebdew uil-pudur tagħhom billi attakkaw kemm felħu, biċ-ċintorini u anke bis-sieq lit-tliet irġiel li ppruvaw jmissuhom f'partijiet privati.
Iż-żewġ studenti kienu ġejjin mill-iskola biex imorru d-dar u iddeċidew li jiġġiledu għad-dekor tagħhom meta ħadd fuq tal-linja ma pprova jgħinhom.
Wara li waqafnilhom billi għajjarnih, dan sejjaħ lil sħabu biex jagħtuna xeba. Wieħed beda jsawwat lill-oħti u l-oħrajn qabdu lilu, " qalet waħda mill-aħwa. L-aħwa ireaġixxew billi neħħew iċ-ċintorini u bdew jagħtuhom bih. Meta l-karrozza waqfet, l-irġiel tefgħuhom 'l barra u reġgħu marru jattakkawhom, iżda l-aħwa qabdu ġebla u tefgħuhielhom u l-irġiel ħarbu.
Kienet mara oħra li rrekordjat kollox fuq mobile phone u poġġietu fuq l-internet. "Il-passiġġieri l-oħra qas ħallewna nċemplu lil pulizija. Anzi tefgħuna 'l barra mill-karrozza imbagħad ix-xufier qalilna bie xnagħmlu rapport lil pulizija iżda kien tard wisq għax it-tliet irġiel kienu ħarbu."
Sadattant il-pulizija nqed tgħid li l-bieraħ arrestaw tliet irġiel dwar dan il-każ. Il-pulizija qalet ukoll li se jieħdu passi kontra x-xufier tal-linja talli ma saqx bil-passiġġieri b'kollox lejn għassa tal-pulizija.