[FILMAT] Elton John jispiċċa żaqqu 'l fuq u saqajh fl-ajru

Il-kantawtur Ingliż reġa' offra spettaklu iżda din id-darba mhux bil-mużika sabiħa tiegħu

 

'Brutta figura' għal Elton John, li spiċċa żaqqu 'l fuq u saqajh fl-ajru meta poġġa fuq siġġu li nqaleb lura bih. Dan ġara waqt logħba tennis fir-Royal Albert Hall f'Londra biex jinġabru flus għall-karità. 

Il-kantawtur Ingliż reġa' offra spettaklu iżda din id-darba mhux bil-mużika sabiħa tiegħu iżda bid-daħka li offra lill-eluf ta' spettaturi li kienu preżenti li xena bħal dik ma jarawhiex kuljum. Il-persuna li mar jgħinu biex jiġbru minn mal-art kien John McEnroe li kien qed jagħmel parti mit-tim li għażel Elton John fil-ġurnata bi skop li jiġbor flus għal fondazzjoni kontra l-AIDS. Il-waqgħa ta' Sir Elton John intlaqgħet b'għajta sħiħa mill-ispettaturi tat-teatru li kien imballat u spiċċa b'applaws kbir speċjalment meta Sir Elton John ma weġġax.

Meta l-preżentatur staqsieh jekk hux kollox sew, Elton John bi stil komiku Ingliż qallu, "I am not standing" b'referenza għad-diska tiegħu, I'm Still Standing.

More in Zekzik