Mama June offruta $1 miljun għal vidjo porno
Vivid Entertainment tridha tagħmel porno mal-eks sieħeb tagħha
Skont is-sit TMZ il-kumpanija tal-films adulti Vivid Entertainment bagħtet ittra lil Mama June tħeġġiġha tagħmel filmat ma’ Sugar Bear għas-somma ta’ $1 miljun jew aktar. L-ittra kienet iffirmata minn Steve Hirsch, il-fundatur u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, li spjegalha li bħalissa ġeneru ġdid li dejjem qed isir aktar imfittex fuq VividTV u vivid.com hu ta’ BBW (Big Beautiful Girls).
“Nemmnu li inti taqa’ f’dik il-kategorija. Int u Mike ‘Sugar Bear’ Thompson għandkom taħsbu serjament li tagħmlu vidjo li jista’ jqallagħkom sa $1 miljun jew aktar. Aħna nagħmlulkom l-esperjenza waħda ta’ gost għalikom it-tnejn u nħallukom tikkontribwixxu kreattivament kemm tkunu tixtiequ.”
L-ittra ntemmet biex iċċempillu malajr kemm tista’ ħalli jiddiskutu din l-opportunità.
Thompson hu missier l-iżgħar bint ta’ June Shannon. Dan l-aħħar kienu qegħdin jipprovaw jerġgħu jaħmdu fuq ir-relazzjoni tagħhom, xi ħaġa li malajr sfat fix-xejn, b’Shannon tikteb kontrih fuq Facebook jumejn ilu. Hi wissiet tfajliet oħra biex joqogħdu attenti minnu u ma jemmnux li huma l-unika mħabba tiegħu.