Depardieu ammetta li mar l-Afrika qatel żewġ iljuni u kielhom

L-attur Franċiż xtara ċ-ċittadinanza Russa u llum jgħix ir-Russja biex ma jħallasx taxxi l-Belġju

Gerard Depardieu dejjem fl-aħbarijiet kontroversjali. Hu ħarab milli jħallas it-taxxi fil-belġju u xtara ċ-ċittadinanza Russa u llum jgħix ir-Russja fejn hu ħabib kbir ta' Putin. 

sadattant l-attur Franċiż ammetta mal-ġurnal Ingliż 'Independent' li qatel żewġ iljuni meta kien l-Afrika u kielhom, anke jekk hu ppreċiża ruħu li għamel dan bħala leġittima difiża. depardieu qal li ma kellux għażla għax il-karrozza tiegħu weħlet warajhom meta kien fuq safari. "Konna qed insuqu fis-Savana ta' Burkina Faso u ż-żewġ iljuni waqfu quddiemna u ma ridux jiċċaqalqu. Stennejna sigħat sħaħ u ma ċċaqalqux u aħna ma stajniex noħorġu mill-karrozza. Ix-xufier Afrikan kien imwerwer. Għalhekk ma kellniex iżjed x'nagħmlu ħlief li nisparawlhom." Il=ġurnalist staqsih x'għamel bl-iljuni mejta u Depardieu li hu msemmi li jipprova kull tip ta' ikel, qallu "iva kilthom."

Depardieu għamel konfessjoni oħra kontroversjali mal-magaine 'Independent" din id-darba, meta ammetta li darba ġie kostrett li jagħmel pipi fi flixkun fuq l-ajruplan, għax dam biex jinżel u ma ħallewhx jidħol fit-toilet. "Kont iddisprat biex immur it-toilet u l-ajruplan dam idur fuq l-ajruport madwar tliet kwarti għax kellu seba ajruplani jistennew biex jinżlu u ma flaħtx iżjed. L-Air Hostess għġamlet saqajha quddiemi biex ma nqumx. Għalhekk qbadt flixkun u għamilt fih. Kont fortunat li fl-ajruport ta' Dublin il-pulizija jafuni kollha u ħallewni ngħaddiha lixxa.

 

More in Zekzik