
Muhammad Ali ddaħħal l-isptar
Il-boxer veteran għandu pneumonia ħafifa li nqabdet fil-bidu

Muhammad Ali ddaħħal l-isptar bi pneumonia imma m’għandux idum l-isptar.
Il-veteran tal-boxing li għandu 72 sena ttieħed l-isptar is-Sibt li għadda. Ir-rappreżentant tiegħu qal lil E! News li ġie djanjostikat bi pneumonia ħafifa.
“Muhammad Ali, li jbati mill-marda tal-Parkinson’s, jinsab f’idejn tim ta’ tobba u qiegħda f’qagħda stabbli. Ġie ammess is-Sibt filgħodu u minħabba li l-pneumonia qiegħda fil-bidu, mistenni li ma jdumx wisq l-isptar.”
Żied jgħid li familt il-boxer qed titlob li tiġi rispettata l-privatezza tagħha u għalissa mhux se jagħtu aktar dettalji dwar Ali.
Ali, li hu champion tad-dinja għal tliet darbiet fil-heavyweight, kien djanjostikat bil-marda tal-Parkinson’s 30 sena ilu meta kien għad kellu 42 sena. Il-marda tiegħu m’hemmx kura għaliha imma tista’ tiġi kkontrollata.
