
Selena Gomez turta lil xi Iżlamiċi
Ritratti li ħadet fil-Moskea ta’ Abu Dhabi nħassew diżrispettużi

Selena Gomez irċeviet baraxx ta’ kritika wara li żaret l-Emirati minħabba li tellgħet xi ritratti tagħha tippoża fil-Moseka ta’ Abu Dhabi fuq l-internet. F’wieħed minnhom kixfet mill-għaksa ’l isfel ta’ sieq minnhom u f’ieħor dehret tippoża u tiċċaċra ma’ sħabha. Magħha fir-ritratti kien hemm Kendall Jenner, Gigi Hadid, Cody Simpson u Shay Mitchell.
Iż-żewġ ritratti joffendu lil min jipprattika r-reliġjon minħabba li f’moskea ma tista’ lanqas biss titbissem, aħseb u ara tidħaq, u l-kxif tas-saqajn imur kontra l-kodiċi strett ta’ lbies għall-post ta’ qima.

Selena Gomez b'sieqha mikxufa

Selena Gomez ma' Kendall Jenner, Gigi Hadid, Cody Simpson u Shay Mitchell fil-Moskea
More in Zekzik