Liam Neeson jonora lil martu billi jattendi għal produzzjoni ta’ Cabaret
Bħalissa komdu kif inhu u mhux ifittex waħda
Liam Neeson mar għall-ispettaklu ta’ Cabaret ma’ wliedu biex jonora lill-martu mejta, Natasha Richardson, li kienet tagħmel ir-rwol ewlieni tal-ispettaklu.
Ilu sitt snin li Neeson romol. Martu kienet qed tieħu xi lezzjonijiet privati tal-iskiing ma’ wliedha f’vaganza fil-Kanada, meta waqgħet u ħabtet ix-xellug ta’ wiċċha, fejn ċartet vina minn moħħha, li waslet għal mewtha fl-2009 fl-età ta’ 45 sena.
Richardson kienet għamlet il-parti ta’ Sally Bowles meta reġa’ sar il-musical Cabaret fl-1998 fi Broadway u ngħatat il-premju Tony għall-Aħjar Attriċi fi Musical. Il-parti ta’ Sally Bowles illum qed tagħmilha Emma Stone li sostniet li riedet tagħmel din il-parti minħabba fiha.
L-attur u ż-żewġ uliedu subien, Michael ta’ 19-il sena u Daniel ta’ 18, intlemħu waqt l-ispettaklu ma’ mejda fit-taqsima tal-orkestra.
F’Jannar tas-sena li għaddiet kien hemm xnigħat li Neeson kien beda joħroġ ma’ xi ħaddieħor wara li ntlemaħ ma’ tfajla lambranzetta f’Londra. Imma probabbilment din ġiet fix-xejn. F’Marzu li għadda li jinsab kuntent kif inhu u mhux ifittex li jsib waħda.