Flimkien jew le?
Leonardo di Caprio u Rihanna jerġgħu jarawhom flimkien
L-Erbgħa li għadda Rihanna u Leonardo di Caprio reġgħu kienu fl-istess post, din id-darba attendew għall-party ta’ għeluq snin Caleb Followill, il-kantant ta’ Kings of Leon f’West Hollywood, fil-Kalifornja. Huma waslu għal rashom, anzi l-attur wasal ma’ ħabib tiegħu, imma mid-dehra spiċċaw flimkien.
Matul tmiem il-ġimgħa li għadda l-kantanta u l-attur dehru intimi waqt birthday party ieħor. Skont it-TMZ l-ewwel kienu fil-party ta’ Playboy Mansion u wara marru party ieħor. Sors tat-TMZ sostna li l-artisti kienu viċin ħafna ta’ xulxin u anki jitbewsu imma ħabib ta’ Di Caprio qal li kienu biss partying flimkien.
Din tiġi t-tielet darba li ntlemħu fil-pubbliku flimkien. L-ewwel darba kienet f’lejlet l-ewwel tas-sena u kienu f’La Plage Club f’St Barts. Rihanna tellgħet ħafna ritratti tal-vaganza tagħha ta’ dak iż-żmien fuq Instagram, imma ta’ lejlet l-ewwel tas-sena ma tellgħet xejn, li jkompli jagħti x’tifhem li vera ġara xi ħaġa.