
Toy boy ġdid għal Paris Hilton?
Hilton tgawdi ħajjitha f’Milan ma’ għadd ta’ mudelli rġiel fosthom Jordan Barrett

Paris Hilton fil-kumpanija ta' mudelli f'Milan
Qattgħet il-Ħadd ma’ Jordan Barrett, mudell ta’ 18-il sena u l-għada kompliet tiddeverti ma’ wħud minn sħabu fil-Ġimgħa tal-Moda ġo Milan. Dawn jixhduh ir-ritratti li tellgħet Paris Hilton fuq il-kont tagħha ta’ Instagram. Mhux ta’ b’xejn kitbet, ‘Good times in Milan with my boys! #LoveMyLife’.
Fir-ritratti dehret kemm-il darba qrib il-mudell Awstraljan li jkompli jżid ix-xnigħat li Hilton għandha toy boy ġdid. Ix-xnigħat ikomplu jissaħħew minħabba li donnha t-tfajla ta’ 33 sena saru jinteressawha ġuvintur iżgħar minnha fl-età. Is-sena li għaddiet ħassret minn mal-mudell Spanjol, River Viperi ta’ 23 sena, wara sentejn joħorġu flimkien.

Paris Hilton ma' Jordan Barrett
More in Zekzik