
George Clooney ma tantx jaf ibewwes
Għal Jennifer Lopez il-bews tal-attur kienu biss OK!

George Clooney hu wieħed mill-aktar atturi maħbuba f’Hollywood u meqjus bħala raġel sabiħ iżda ma jfissirx li kapaċi jbus. Skont Jennifer Lopez, li ħadmet miegħu fil-film Out of Sight fl-1998, il-bews tiegħu mhux li jħallik bla nifs.
Lopez kienet fuq il-programm televiżiv The Daily Show. Mistoqsija mill-preżentatur Jon Stewart jekk kellix atturi famużi li ma kinux jafu jbusu, Lopez wieġbet: “Tiġri. Għamilt 30 film, allura kien hemm dawk tajbin u dawk mhux daqshekk tajbin.”
Meta ma semmietx ismijiet il-preżentatur żerżqilha li jaħseb li George Clooney probabbilment hu wieħed mill-agħar atturi biex ibusu.
Lopez infaqgħet tidħaq u qalet, “Kien ok! Kien orrajt.”
Staqsieha jekk waqt il-ġbid tax-xena kellix l-isfortuna li tinzerta atturi b’ħalqhom jinten.
“Qatt ma kelli xi ħadd b’ħalqu jinten, li hu tajjeb,” żiedet l-attriċi.