Akkużat li kellu x’jaqsam ma’ Shetland Pony
Kien qed jogħroq ħafna u kellu riħa kbira ta’ żwiemel
F’Sheffield għaddej każ il-qorti fejn Alan Barnfield ta’ 44 sena jinsab akkużat kellu x’jaqsam sesswalment ma’ Shetland Pony li jismu Sky.
Alan Barnfield, instab jogħroq ħafna u bla nifs filwaqt li kellu riħa qawwija ta’ żwiemel fuqu. Uffiċjali tal-pulizija ġew imsejħa biex imorru l-Oak Tree Stables fil-villaġġ ta’ Loversall, Doncaster wara li xi residenti raw lil Barnfield b’żewġ ponies f’idejh jeħodhom ġo bosk wara nofsillejl. Ir-residenti ħasbu li dan qed jisraq il-ponies u kien għalhekk li ċemplu lil pulizija. Il-każ ġara fit-8 ta’ Awwissu 2012 iżda l-ġuri beda llum.
Meta l-pulizija fittxew fil-barżakka ta’ Barnfield sabu diversi bottijiet tad-deodorant Lynx, wire abjad twil, sprayer tal-ilma, biċċa ċarruta, katina tal-klieb u żewġ fliexken Lucozade.
Barnfield ċaħad dan kollu u qal li hu kien biss qed jimxi fil-bosk biż-żewġ ponies u xejn iżjed. Iżda l-proprjetarju tal-pony l-għada beda jinduna li Sky, il-pony kien nervuż u ġie msejjaħ veterinarju li eżaminah. Dan sab li kampjun li ttieħed minn Barfield kien hemm fuqu DNA taż-żiemel, li wkoll sabulu ritratti bestjali u filmati fuq il-mobile tiegħu. Il-ġuri se jkompli.