
L-ajruport ta' Dubai jeqlibha lil dak ta' Heathrow
Għall-ewwel darba l-ajruport ta' Dubai huwa l-iktar ajruport movimentat fid-dinja

Għall-ewwel darba, l-Ajruport Internazzjonali ta' Dubai qabeż lill-ajruport ta' Londra, Heathrow bħala l-iktar ajruport movimentat u bl-iktar traffiku.
Ilbieraħ ġiet ippubblikata l-istatistika, fejn ġie rrapportat total ta' 70.4 miljun passiġġier fl-2014, żieda ta' 6.1% mis-sena ta' qabel.
Heathrow irrapportaw madwar 68.1 miljun passiġġier fl-2014.
"Din hi kisba storika għalina, huwa l-qofol ta' 'l fuq minn ħames deċenji fejn rajna tkabbir kontinwu li kien ispirat mill-mibki Sheikh Rashid Bin Saeed Al Maktoum," qal Sheikh Ahmed Bin Saeed Al Maktoum, Ċermen tal-ajruporti ta' Dubai.
"L-għan tagħna hu li nagħmlu lil Dubai ċentru globali għall-avjazzjoni u qed nilħqu dawn il-miri grazzi għall-ambjent amikevoli u politiki miftuħa għal kulħadd."
Però, dawn il-figura huma xi ftit sorprendenti minħabba li l-ammont ta' titjiriet niżel bi 3.4% mill-2013. Dan minħabba li kien hemm 80 ġurnata li matulhom ir-runway tal-ajruport kienet qed tiġi rranġata u b'hekk ħafna titjiriet marru fl-ajruport Al Maktoum Internation.
Allura kif Dubai spiċċat fil-quċċata tal-klassifika ħadd mhu ċert. Skont l-istatiċi li provdew, in-numru ta' passiġġieri kull titjira żdied b'5.1% fuq is-sena kollha.
L-ajruport issa qed jgħid ukoll li qed jistenna żieda akbar fl-2015, b'għanijiet li jilħqu d-79 miljun passiġġier matul din is-sena.