[FILMAT] Tinkixef l-identità ta’ bint Putin li hi żeffiena akrobatika

Putin dejjem ħa ħsieb li ma jkunx hemm ritratti ta' wliedu

Oleg Kashin qed isostni li sab l-identità ta’ Katerina Putin, il-bint iż-żgħira ta’ Vladimir Putin li għandha 28 sena wara li din ipparteċipat fi proġett universitarju li jiswa 1.7 biljun dollaru.

Il-proġett tal-Moscow State University hu enormi biex hi setgħet tkompli tinħeba taħt l-isem ta' Katerina Vladimirovna Tikhonova .

Putin dejjem żamm sigriet fejn jinsabu ż-żewġ uliedu bniet Maria ta’ 29 sena u Katerina ta’ 28 sena biex jibqgħu 'l bogħod mill-iskrutinju tal-mezzi tax-xandir.

"Bint Putin instabet" kiteb Kashin wara li mezzi tax-xandir indipendenti Russi ddeskrivew lil Tikhonova bħala d-direttur ta’ Innopraktika, il-kumpanija involuta f’dan il-proġett f’Moska.

Tikhonova hi żeffiena akrobatika fejn ħadet sehem f’kompetizzjonijiet fir-Russja u l-Ewropa. Fil-fatt hawn tistgħu taraw wirja tagħha mal-partner maskili fi Żvizzera u Moska.

Fil-passat fejn kienu jinsabu wlied Putin kien imdawwar f’segretezza kbira u kienu ħafna l-għajdut min setgħu kienu jew fejn setgħu huma.

Wara li kien twaqqa' l-Malaysian Airlines MH17, is-sindku ta’ Hilversum fl-Olanda kien talab biex Maria li kien hemm għajdut li kienet tgħix mal-partner Olandiż tagħha biex titkeċċa mill-Olanda.

Sadattant il-mezzi tax-xandir tal-Korea t’isfel kienu rrappurtaw li Katerina kienet tgħix f’Seoul fejn kienet tgħix ma’ ammiral Korean u kienet qed tippjana li tiżżewġu. Dawn ir-rapporti kienu miċħuda mill-Kremlin.

F’intervista li kien ta Putin f’Novembru kien qal li ż-żewġ uliedu kienu jgħixu f’Moska u kien imur iżurhom darbtejn fix-xahar.

 

More in Zekzik