(FILMAT) L-aktar reklam li qed iġib stmerrija fl-Amerka
Biex jirreklama favur il-prevenzjoni tal-inċidenti jirreklama mewt ta' tfajjel
Reklam ta' 'NATIONWIDE' dwar prevenzjoni tal-inċidenti fatali fejn dan ir-reklam joqtol tfajjel biex jassigura punt li wieħed jista jipprveni dan l-inċident ġibed l-istmerrija tal-maġġoranza tal-Amerikani li rawh, speċjalment f'dawn il-jiem meta dan ir-reklam ħareġ fost ir-reklami li hemm għas-SuperBowl.
Ir-reklam b'titlu 'Make Safe Happen' juri tfajjel jitkellem dwar dawk l-affarijiet li fil-ħajja ma jistax jagħmel għax miet f'inċident meta għereq fil-banju.
Kif deher fuq it-televiżjoni eluf kbar bdew joġġezzjonaw għal-mod kif il-kumpanija 'NATIONWIDE' wasslet il-messaġġ tagħha u r-reklam ingġata l-isem ta' l-aktar reklam mibgħudha u mistmerra ta' kull żmien. Tant li ħafna nies taw titlu ieħor lir-reklam "NATIONWIDE THAT KILLS'. Il-Kap eżekuttiv tal-kumpanija qal li huma stennew din ir-rejazzjoni iżda jħoss li b'hekk il-messaġġ jasal żgur.