
Missier Kylie u Kendall Jenner, Bruce, se jsir mara
Bruce Jenner se jsir mara wara li kellu sitt itfal

Missier Kylie Jenner, l-atleta William Bruce Jenner ta' 64 sena, huwa eks atleta tat-track and field u personalità tat-televixin u negozjant. Hu rebaħ il-midalja tad-deheb fid-dekatlon fl-Olimpjadi tal-1976 li saru f'Montreal.
Bruce Jenner, li huwa l-eks raġel ta' Kris Jenner u missier sitt itfal, Burt, Casey, Brandon, Brody, Kendall u Kylie Jenner. Hu wkoll kien il-missier tar-rispett fis-serje Keeping Up with the Kardashians ta' Kourtney, Kim, Khloe u Rob Kardashian.
Wara snin ta' kunflitt intern jidher li Bruce Jenner għamel id-deċiżjoni li se jsir mara.
Kris Jenner, omm il-Kardashians, u l-eks mara ta' Bruca tidher li għadha ma tridx tniżżilha.
Kris u Bruce ilhom li sseparaw mill-2013. "Hu kellu bżonn jgħix ħajtu kif ried u b'hekk ħassarna" kienet qalet Kris Jenner. Dan l-aħħar id-dehra ta' Bruce Jenner kienet diġà qed tidher femminili ħafna aktar minn qabel.
