Is-sbieħ u l-koroh waqt il-Grammys 2015
X'libsu ċ-ċelebritajiet waqt il-Grammys
Waqt is-serata ferm mistennija tal-Grammy Awards ta' nhar il-Ħadd li għadda, kien hemm ħafna stennija mhux biss għal min se jkun qed jerbaħ l-unuri imma iktar minn hekk, għal x'kienu se jilbsu ċ-ċelebritajiet għal dan l-avveniment. Kien hemm ħafna ċelebritajiet li kellhom dehra impressjonanti, li ħafna baqgħu jitkellmu dwarhom. Iżda mbagħad, kien hemm dawk li baqgħu jissemmew għal raġunijiet opposti għaliex id-dehra tagħhom għas-serata ma tkunx intlaqgħet tajjeb,
Il-kantant Ingliż Sam Smith, kien l-aktar wieħed li ġabar unuri hekk kif irnexxielu jirbaħ 4 Grammy awards fis-57 edizzjoni tal-Grammy Awards: bħala l-aħjar artist ġdid, best pop vocal album, diska tas-sena u record of the year.
More in Zekzik