[FILMAT] 140 balena jmutu f'bajja fi New Zealand
Madwar 200 'pilot whales' intilfu f'bajja ta' 6 kilometri fi gżira fin-naħa t'isfel...ġew salvati 60

198 balena intilfu u spiċċaw f'bajja twila 6 kilometri fejn inġarru mill-kurrent nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Minnhom 140 mietu iżda ħaddiema konservazzjonisti qed jagħmlu minn kollox u jidher li salvaw 60 minnhom li kienu għadhom ħajjin. Ix-xeni kienu traġiċi b'baleni nofshom fl-ilma u nofshom barra mill-ilma. F'din il-bajja hemm xi fenomenu li jaħdem kontra l-baleni għax mhix l-ewwel darba li din il-bajja imtliet b'baleni mitlufa u qed imutu. U dan minħabba l-fatt li l-baħar hu baxx ħafna. L-aħħar każ ġara fl-2012, iżda din id-darba kienet l-akbar massa ta' baleni li spiċċaw fuq ix-xatt. Jaħdmu bie xjippruvaw isalvawhom hemm 80 ħaddiema voluntiera. Iżda dawn ma rnexxielhomx joħorġuhom kollha biex isalvawhom, irnexxielhom biss isalvaw 60 minnhom li ħarġuhom fil-baħar. Sa tard is-Sibt 140 minnhom laħqu mietu.

Dawn il-'pilot whales' huma speċi li jixbħu lid-denfil u jiżnu madwqar 2,700 kilogramma u jikbru sa 6 metri. Huma jivjaġġaw fi gruppi ta' madwar 10 u 60. Tant huma msemmija li huma magħqudin flimkien li jekk waħda jew wieħed minnhom jidħol fil-periklu huma jsegwu lil xulxin u jispiċċaw kollha fil-periklu.
Issa l-problema hi l-baleni mejta u fejn se jinġabru l-karkassi tagħhom. Qed jkaħsbu forsi joħorġuhom il-barra fl-oċejan biex b'hekk il-laħam tagħhom jkun jista jservi ta ikel għal speċi oħra.