Il-Brit Awards 2015, illejla
Serata ta' unuri lill-mużika Ingliża
Illeja fid-9pm, ħin lokali jingħata bidu l-ispettaklu tal-Brit Awards li fiha, minbarra li se jingħataw unuri lil diversi kantanti f'bosta kategoriji, diversi kantanti se jagħtu l-esebizzjonijiet tagħhom.
Is-serata tal-lejla hi waħda mhux ta' min jitlifha minħabba l-ispettaklu li għandha toffri.
L-avveniment se jiġi ppreżentat mill-preżentaturi Ingliżi, Ant u Dec. Fost in-nominati fid-diversi kategoriji, hemm George Ezra, Alt-J, One Direction, Coldplay, però, kienu Sam Smith u Ed Sheeran bl-akbar numru ta' nominazzjonijiet b'5 u 4 nominazzjonijiet rispettivament.
Taylor Swift, Ed Sheeran, Sam Smith, Madonna, Take That, Royal Blood, George Ezra u Paloma Faith, kollha ħa jkantaw waqt is-serata tal-lejla.
Il-premju jkun iddisinjat minn disinjatur jew artist differenti Ingliż kull sena, u din id-darba kien imiss lil Tracey Emin.