Tiċċarġja l-mobile mingħajr wajers

Mod ġdid ta' kif tiċċarġja l-mobile

Se nkunu nistgħu niċċarġjaw il-mobile mingħajr wajers
Se nkunu nistgħu niċċarġjaw il-mobile mingħajr wajers

Kulħadd jaf xi problema jkollok meta tkun wasalt fl-aħħar ftit tal-batterija tal-mobile, u ma tkunx tista' ssib iċ-charger. Jew il-problema li l-wajers ipplakkjati jagħmlu meta jkunu imdendlin fin-nofs bir-riskju li jaqa' xi ħadd fihom.

Dan kollu jista' jinbidel daqt hekk kif il-kumpanija Skandinava tal-għamara, IKEA se tniedi linja ġdida ta' għamara li tippermetti li tiċċargja l-mobile mingħajr bżonn ta' wajers.

Il-lampi, skrivaniji u komodini se jkunu jinkludu 'wireless charging spots' fejn fihom, dak li jkun ikun jista' jiċċarġja l-ismartphone tiegħu mingħajr ma juża wajer. Dan il-metodu se jkun disponibbli għal għadd kbir ta' smartphones billi jitpoġġa l-ismartphone fuq dawn l-għamara apposta.

Il-kumpanija se tbigħ ukoll covers għal dawk il-mudelli ta' mobiles li ma jaqblux ma' din is-sistema.

Bjorn Block, rappreżentant tal-kumpanija qal: "Kulħadd jobgħod il-wajers. U bdejna minn hemm, meta fittixna, rajna li kulħadd madwar id-dinja kellu l-istess problema. Xtaqna li l-proċess taċ-charging, ikun iktar konvenjenti għall-klijenti tagħna"

Dawn il-prodotti se joħorġu fis-suq f'April u l-prezzijiet tagħhom se jkunu jibdew minn madwar €40.

More in Zekzik