(FILMAT) Ir-risposta ta' tifla ta' 4 snin li għajruha kerha l-Iskola
Spirtu pront u bla kantunieri
Meta tifel ċkejken għajjar lil din it-tifla ta' 4 snin, 'kerha' tagħtu tweġiba u lezzjoni ta' mara xiħa u mhux ta' tifla għadha tibda d-dinja.
Il-filmat ta' Siahj 'Cici' Chase's juri dan il-wiċċ ħelu mmens ta' din it-tifla mmeta ommha talbitha biex tirrakonta x'ġara u x'qalet lil dan it-tifel filwaqt li ffilmjatha. Wara Sonya, ommha, tefgħet il-filmat fuq l-internet ħalli tagħti lezzjoni lil dawk li jippruvaw jibbulljaw lil sħabhom fl-iskola. Dan it-tfajjel iżda sab kappell jiġih għax quddiemu sab tifla b'risposta spirtu pront.
Siahj weġbitu hekk "I didn't come to make a fashion statement"', (Jien ma ġejtx hawn biex nagħti xi wirja ta' moda iżda biex nitgħallem) bi tbissima mill-isbaħ qaltlu, "I came here to learn, not look pretty.'
Cici qalet lill-ommha li dan it-tifel kien persistenti u reġa qalilha li hi iżda tidher kerha (she looks bad) u waqt li poġġiet wiċċha qrib il-kamera qalet li qaltlu hekk, "Did you look at the mirror lateley?" (Ħarist lejn il-mera dan l-aħħar?). U din it-tifla ta' 4 snin tatu lezzjoni li żgur gġħandu jibqa jiftakarha għal għomru u li gġħandha twassal lil dawk li jiġu bbulljati biex iwieġbu għal kull bulljar li jkollhom.