
Kim Kardashian fuq il-passi ta' Madonna
Ir-raġuni għalfejn Kim żebgħet xagħarha bjond

Kulħadd ra xi ritratti ta' Kim Kardashian tiddandan u turi lil kulħadd id-dehra l-ġdida tagħha, fil-jiem li għaddew. Hekk kif Kardashian żebgħet xagħarha bjond, Kim tkellmet dwar ir-raġuni wara din l-għażla.
Kim Kardashian ammettiet li din id-dehra l-ġdida tagħha hija ispirata mid-dehra tal-kantanta Madonna. Qalet kif ilha ħafna li tixtieq tagħti din id-dehra l-ġdida lil xagħarha u din kienet l-opportunità ideali biex iżżanżanha. Uriet din id-dehra tagħha ġdida fil-Paris Fashion Week, hekk kif ghajnejn id-dilettanti tal-moda jkunu kollha fuq l-avvenimenti li jkunu qed iseħħu f'Pariġi.
"Kienet deċiżjoni li ħadt f'daqqa," qalet Kardashian, li flimkien ma' ħutha, huma magħrufin għax-xagħar twil u skur li għandhom. Kardashian diġà biddlet il-kulur ta' xagħarha minn kemm ilha b'xagħarha ċar, hekk kif minn bjond, diġà qalbitu għal bajdani, f'salon ġo Pariġi stess.