[FILMAT] Fenomenu: Dj ta' sentejn li ħoloq sensazzjoni madwar id-dinja
It-tfajjel mill-Afrika t'isfel li diġà tpoġġa f'kulleġġ jitgħallem id-dj-ing
Żgur li ma jeżistux djs li għadhom jilagħbu bit-toys, jaraw il-Mickey Mouse u fit-8 p.m. jiddaħħlu jorqdu. Iżda AJ Madumo Hlongwane hu dj u għandu biss sentejn.
Dan il-fenomenu Sud Afrikan sar popolari fuq is-siti soċjali b'videos li tefa missieru fuq il-you tube ta' ibnu bil-headphones, jiċċaqlaq għar-ritmu tal-mużika, jibdel id-'decks', jitfa s-cd's, u jimmixxja l-mużika. Dan it-tfajjel diġa beda kors tad-DJing fil-kuleġġ u diġa qed jintalab biex idoqq xi gigs.
Ingħata l-isem ta' DJ Arch Jr beda l-imħabba lejn il-mużika minn meta kellu xahrejn meta kien dejjem jilgħab bl-apps mużikali fuq l-IPAD. Missieru Glen Hlongwane niżżel app ta' DJ biex jilgħab biha hu, iżda t-tfajjel beda jużaha l-ħin kollu. F'Novembru li għaddha AJ beda jilgħab mal-mixer ta' missieru u f'daqqa waħda beda jitfa mużika li beda jġennen biha lil kulmin kien preżenti. Video tiegħu tpoġġa fuq facebook u kellu 16,000 LIKE.
Missieru li għandu 27 sena qal li hu jħossu kburi b'ibnu, "L-ewwel darba li rajtu bqajt imbellaħ. Iżda kont ilu ninnutah jilgħab bil-mużika minn meta kien tarbija u jmissni tajt każ iżjed fuqu. Illum kapaċi jidħol fil-lap top tiegħi u anke jittajpja l-password bie xjidħol u kapaċi juża l-mouse normali."
Hlongwane li mhux dj professjonali iżda jħobb jilgħab id-dar bħala DJ jgħid li ibnu għandu talent ġenwin, "mhux tifel li qed jilgħab mal-mixer u joħroġ mużika bl-addoċċ. Jaf x'inhu jagħmel u għandu ritmu u timing preċiż meta juża l-mixer. Naf adulti li qed jaħdmu biex jaslu jagħmlu dak li hu qed jagħmel b'mod naturali. L-uniku ħaġa li jrid jitgħallem hu l-'beat matching'."
It-tfajell iħobb il-house u l-club music, "dak kollu li fih ħafna bass. Jgħidli 'isma daddy dan il-beat'. Kultant naħseb biex nixtrilu drums, iżda ma rridx nisfurzah għalxejn għax dak li jagħmel ħadd ma ppjanah għalih. Hu 'gift' naturali. "
Dj Arch jgħix f'kamra waħda ma' missieru f'Johannesburg fejn il-videos tiegħu ġew irrekordjati kollha. It-tnejn li huma jqattgħu xi ħin ukoll f'Soweto fejn hemm iżuru lill-'partner' ta' missieru u omm Dj Arch li hi studenta u għandha 22 sena, Refilwe Madumo.
Xahrejn oħra AJ jagħlaq tliet snin u diġa jaf idaħħal iċ-ċiwevet fl-ignition tal-karrozza u jistartja, kapaċi jsib id-disney channel fuq it-televiżjopni bir-remote control u m'għandux bżonn nappies għax juża t-toilet. Jqatta 3 sigħat fil-ġimgħa fil-kors tad-DJing fil-kulleġġ ta' Johannesburg. Missieru ma ħallihx jmur idoqq gigs avolja kellu ħafna stediniet u jħalih idoqq f'xi birthday party jew xi tieġ, "il-clubbing ikun hemm ħafna alkoħol u jien missier responsabbli u ma rridx nlaqqa' lill-ibni mal-alkoħol u ma' dak l-ambjent. Lanqas jekk jofrruli miljun dollaru mhux se npoġġilu ħajtu f'xi tip ta' riskju. Qabel dan kollu konna familja kuntenta u l-ebda flus mhu se jwaqqfuna nibqgħu ngħixu ħajja kuntenta u sempliċi kif konna."