
Tiċċelebra l-100 sena billi tgħum mal-klieb il-baħar
L-anzjana li għalqet 100 sena ċċelebrat bi skydive u għawma mal-klieb il-baħar

Georgina Harwood, li hi bużnanna mill-Afrika t'Isfel iċċelebrat għeluq il-100 sena tagħha bi skydive li għamlitha ma' 15-il membru tal-familja tagħha. Hi kienet marbuta mal-instructor tagħha hekk kif niżlu f'Melkbosstrand fin-naħa ta' fuq ta' Capetown.
L-anzjana għalqet il-100 sena nhar it-Tlieta li għadda u ċċelebrat nhar is-Sibt, bi skydive li kienet it-tielet waħda għaliha, wara li bdiet tipprattika dan l-isport fl-2007, fl-età ta' 92.
Hekk kif waslet fl-art, Harwood qalet li "Din id-darba kont iktar konxja ta' x'kien qed jiġri għax kelli aktar idea ta' x'kont qed nagħmel."
U jekk dan mhux biżżejjed, se tkompli biċ-ċelebrazzjonijiet tagħha billi tgħum mal-klieb il-baħar fejn se tidħol f'gaġġa li se titniżżel fil-baħar waqt li l-operaturi tat-tour iwaddbu biċċiet ta' laħam u ħut biex jiġbdu l-klieb il-baħar lejhom.
|
|
|
|
|