Player tal-Man. Utd joffri '£10,000’ lil studenta għal ‘threesome'
Andreas Pereira bagħat messaġġi lil Kelly McKinney biex jagħmlu ‘threesome’ mal-player Paddy McNair


L-istilla Brażiljan ta’ Manchester United offra lil studenta £10,000 lil studenta biex ikollhom sessjoni ta’ sess bejn tlieta bl-ieħor ikun il-player sieħbu ta’ manchester Paddy McNair. Dan għamlu billi bagħtilha sms fejn kitbilha li lesti jħallsu £5,000 kull wieħed. Miss McKinney li kienet għamlet ħabiba miegħu fil-Christmas Party tal-club u kienu qed jibagħtu messaġġi regolari, qalet lis-Sun li ħassitha diżgustata b’dak li offrielha l-istilla ta’ Man Utd. U naturalment irrifjutat. “Jien mhux t’hekk u ħassejtni insultata.”

M’hemm l-ebda evidenza li l-player l-ieħor kien jaf x’qed jinkiteb dwaru jew jekk kienx jaf bl-offerta ta’ sieħbu.

L-aġent tiegħu qal li Pereira hu ‘single’ u żagħżugħ u għandu dritt jagħmel sess ma min irid u m’għandu jiskuża ruħu ma ħadd għax ma kiser l-ebda liġi.
Nelly dddeskriviet lil Pereira u lil McNair bħala tfal imqarba. Jidher iżda li Nelly kienet lesta jkollha x’taqsam ma’ Pereira iżda miegħu biss u mhux għal flus. Dan il-player mwieled il_Belġju ta’ 19-il sena ma ħalliex wisq impressjoni fuq Van Gaal u issa wara din l-istorja li ħarġet fil-pubbliku żgur li l-kuntratt tiegħu mal-United ma jerġax jiġi mġedded.