
Għawdex mal-isbaħ 10 f'artiklu tas-CNN
Għawdex imniżżel bħala pajjiż li wieħed għandu jżur qabel ma jkun tard wisq

Mġarr ix-Xini (Ritratt: visitgozo.com)
F'artiklu fuq is-sit tac-CNN (aqra hawn), Għawdex imniżżel bħala wieħed mill-postijiet li wieħed għandu jżur qabel ma jkun tard wisq - qabel ma dan jinbidel kompletament. L-artiklu jsemmi ż-żjara ta' Angelina Jolie u Brad Pitt f'Għawdex tul is-sena l-oħra, żjara damet bosta xhur għall-ġbid tal-film "By the Sea" li Jolie stess kienet id-direttriċi tiegħu - film li beħsiebu jżid il-popolarità ta' Għawdex la joħroġ fis-swali taċ-ċinema, aktar tard din is-sena.
L-artiklu jfaħħar b'mod partikolari Mġarr ix-Xini - waħda mil-lokazzjonijiet ewlenin li fih inġibed il-film ta' Jolie.

Għawdex , wieħed l-għaxar pajjiżi msemmija fosthom in-Nicaragua, gżejjer fil-Greċja, Kuba u l-Antartika
More in Zekzik