(FILMAT) Irnexxielha li jkollha qadd ta' 50 ċentimetru wara li kabbret sidirha u l-warrani

Għal sitt snin libset panċiera għal 23 siegħa kuljum

Aleira Avendaro tgħid li l-uġiegħ kien worth it filwaqt li tisfida l-pariri tat-tobba biex jirnexxilha jkollha qies ta' qadd tant żgħir li ġabilha forma senswali mmens. Għal sitt snin libset paniera ma' qaddha għal 23 siegħa kuljum fejn hi tqisha bħala t-tieni ġilda tagħha. It=tobba qed jagħtuha parir li qed tagħmel ħażin għal saħħitha fejn qed tagħmel ħsara il-kustilji. Iżda qalulha wkoll li s'issa m'għandhiex problemi. Aleira mill-venezuela qalet li hi ossessjonata b'qaddha żgħir u tneħħi l-panċiera biss għal siegħa kuljum biex tinħasel. 

 

Il-mudella ta' 25 sena qalet li ilha tittrenja biex ikollha qadd żgħir minn meta kienet adoloxxenti u llum b'sider ta' 34DD tieħu gost li kulfejn tgħaddi kulħadd jiċċassa lejha. "Nies fi triq jwaqqfuni u jgħiduli li qas iridu jemmnu li ġismi hu ta vera. "Għal bidu l-panċiera kienet tweġġgħani ħafna iżda wara tant ġismi draha li meta nneħiha jaqbadni l-ħakk. Illum ma tweġġanix, iżda nħoss pressjoni u ma ddejjaqni xejn. 

Hi tgħid li barra dan it-taħriġ, dejjem tiekol porzjonijiet żgħar fejn l-aktar li tiekol huma l-abjad tal-bajd, pineapple, ħafna frott u ftit laħam. Tittrenja ħafna fiċikament u terfa' l-weights. Ammettiet li għamlet ħafna plastic surgery fuq ġisimha, irranġat imneħirha, kabbret sidirha tliet darbiet, kabbret il-warrani, xufftejha u liposuction. "Ġieli għajruni raġel jew transesswali iżda jien mara. ma rridx nibqa magħrufa għall-iżgħar qadd fid-dinja iżda għal kif inhu magħmul ġismi kollu. Barra qaddi żgħir irrid niġi kunsidrata bħala mara senswali ħafna." It-tobba baqgħu jgħidulha li għandha tieqaf issa qabel ikun tard wisq.

More in Zekzik