Pinna għal min ibati bil-Parkinson's

Smajna stejjer dwar kemm hi frustranti tagħmel kwalunkwè ħaġa marbuta mal-kitba - Lucy Jung, id-diżinjattriċi tal-pinna
 

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ma t-teknoloġija qed tgħin lil min ibati minn kundizzjonijiet jew mard differenti. ARC pen hija eżempju ta' dan kollu, hekk kif din hija pinna "intelliġenti" - li għandha l-għan li tgħin lil min ibati mill-marda tal-Parkinson's sabiex ikun jista' jikteb aktar ċar. Din il-pinna ġiet żviluppata minn Dopa Solution f'Londra.

Minħabba n-natura newroloġika tagħha - li ġġiegħel lil min ibati minnha jkollu rogħda inkluż fl-idejn, li minħabba t'hekk il-kitba tal-pazjenti tibda tiċkien aktar ma jiktbu, l-ARC pen ġiet ddiżinjata b'tali mod li dawk li jużawha jiktbu ittri aktar kbar u faċli li jinqraw. Dan minħabba l-forma ergonomika tagħha, kif ukoll minħabba li tivvibra.

Id-diżinjatriċi tal-prodott, Lucy Jung qalet li l-idea nibtet meta semgħet lil min isofri minn din il-kundizzjoni jitkellem. "Smajna stejjer dwar kemm hi frustranti għal min għadu jaħdem, jew min ried jikteb card, jiffirma xi dokumenti u kwalunkwè ħaġa marbuta mal-kitba."

It-tim skopra li l-vibrazzjonijiet iġiegħlu lill-kittieb iħoss li idhom mhux titriegħed daqshekk - b'rata ta' suċċess ta' 86%. Huma għandhom l-għan li jibqgħu jtejbu l-prodott tagħħom sabiex dawk li jbagħtu mill-Parkinson's ikunu jistgħu jagħmlu affarijiet ta' kuljum b'aktar kunfidenza.

 

More in Zekzik