
Kanye West jibdel isem Alla b'ismu fil-Bibbja tiegħu 'Book of Yeezus'
Kulħadd jaf li r-rapper huwa mimli bih innifsu imma ftit basru li kien jasal jagħmel xi ħaġa hekk

Ir-rapper ta' 37 sena Kanye West hu magħruf li jħobb lilu nniffsu daqsxejn iżżejjed però kienet xi ħaġa tal-iskantament u li ftit stennewha li jibdel ismu ma' kull fejn hemm isem Alla fil-Bibbja u johroġha ktieb.
Il-ktieb tal-Ġenesi inbidel biex jieħu d-dehra ta' 'Bibbja moderna', kif qed isejħulu u ingħata l-isem ta' 'The Book of Yeezus fejn kull darba li jissemma Alla, dan inbidel għal isem ir-rapper.
Skont deskrizzjoni tal-ktieb, jingħad li "L-ispettaklu li jagħti Kanye huwa sa ċertu punt esperjenza reliġjuża." Għal din il-ġenerazzjoni, Generation Y, Kanye West mhux biss spettaklu imma sa ċertu sens, figura spiritwali."
Kanye għad irid jikkumenta dwar dan hekk kif il-ktieb huwa maħruġ mill-fans tiegħu u jista' jinxtara minn fuq l-internet għal £13.77.