
Ipenġi l-mappa tad-dinja bl-amment
Tifel ta' 11-il sena bl-awtiżmu jpinġi sal-inqas dettal tal-mappa tad-dinja

M'hawnx wisq min il-mappa tad-dinja jafha - aħseb u ara jafha bl-amment.
Tifel ta' 11-il sena daħal fi klassi u qabad ipenġi mappa tad-dinja - skont kif jiftakarha mill-memorja tiegħu. Dan il-ġuvnott minn New York daħal f'dettalji kbar, saħansitra wera firdiet politiċi kif ukoll gżejjer ċkejknin viċin il-kosta.

Utent tas-sit Reddit, bl-isem ta' Bobitis, li tella' l-istorja u r-ritratti fuq l-istess sit qal li dan it-tifel huwa wieħed mill-ulied ta' professur ta' bintu. Qal li dat-tifel daħal fil-klassi ġurnata minnhom u għaġġeb lil kulħadd. Bobitis qal "kont affaxxinat - speċjalment għaliex jien missier ta' xi ħadd b'attributi simili."
Ir-raġuni għaliex nies b'kundizzjonijiet li jaqgħu taħt l-ispectrum tal-awtiżmu huma kapaċi jagħmlu dawn l-affarijiet għad irid jiġi mifhum.