(RITRATTI GRAFIĊI) Transgender tiġi msawta u umiljata f’ħabs fil-Brażil

Neżżgħuha, qaxxrulha xagħra u biċċrulha wiċċha

mitfugħa wiċċha mal-art noifsha mneżża f'bitħa fil-ħabs
mitfugħa wiċċha mal-art noifsha mneżża f'bitħa fil-ħabs

Dawn ir-ritratti grafiċi juru kif Veronica Bolin ġiet imsawta u umiljata mill-pulizija Brażiljana fejn rapporti qed jgħidu li wara x-xebgħa li tawha ġagħluha tinża u qaxxrulha xagħra. Fejn ħallewha nofsha għarwiena f’bitħa ta’ ħabs wiċċha mal-art. Veronica ta' 25 sena kienet ġiet arrestat minħabba li allegatamaent attakkat ġar tagħha ta’ 73 sena.

 

Bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar dan ir-reat wara li ritratti ġew mpoġġija fuq l-internet li qajmu kontroversja u rabja kbira madwar il-Brażil kollu. Rapporti qed jgħidu li dawruha tliet pulizija u wettqu dan ir-reat. Iżda stqarrija tal-pulizija qalet li Bolina ġiet attakkata mill-priġunieri fil-ħabs ta’ San paolo meta intlemħet tagħmel att sesswali weħidha fiċ-ċella u li kienu l-uffiċċjali tal-pulizija li salvawha. Huma qalu wkoll li hiirribattiet lil pulizija li marru jsalvawha u dawk il-feriti ġew hemm wara li hi gidmet pulizija.

 

Partitarji tal-LGBT qed jagħmlu kampanja biex nies LGBT jiġu trattati ġustament, “biċċrulha wiċċha u issa qed jippruvaw jbenġlu l-istorja u jgħattuha” qalu membri tal-LGBT, “Il-pulizija m’għandhomx jitħallew jagħmlu dan fuq l-ebda persuna. Veronica tneħħiet mill-ħabs fejn kienet u tinsab f’ċentru ta’ detenzjoni f’ċella għaliha weħidha sa ma l-każ tagħha jinstema fil-qorti. 

More in Zekzik