Diana: l-isem li jridu li jkollha l-prinċipessa l-ġdida
Qed jingħad li l-Prinċep George se jkollu oħtu
Skont stħarriġ li sar mill-gazzetta Ingliża The Sunday Times, il-preferenza tal-Ingliżi għall-isem tal-wild il-ġdid tad-Duka u d-Dukessa ta' Cambridge f'każ li tkun tifla, huwa Diana ad unur il-Prinċipessa, omm William u Harry.
L-istħarriġ li sar fuq 2,000 adult fl-Ingliterra, irriżulta li 12% jixtiequ li t-tarbija rjali, tissemma Diana. L-ismijiet femminili li ġew wara kienu jinkludu Alice u Charlotte. L-aħħar prinċipessa Alice, mietet fl-2004 fl-età ta' 102, li tiġi z-zija tar-reġina preżenti. L-isem Charlotte jista' jkun ad unur nannuha Charles. Iż-żewġ ismijiet, Alice u Charlotte ġibdu s-simpatija ta' 9% tal-votanti.
F'każ li t-tarbija ta' Kate Middleton u l-Prinċep William tkun tifel, l-isem favorit fost dawk li pparteċipaw fis-sondaġġ kien James, li kellu 13% tas-sostenn. Warajh kien hemm Alexander bi 8% u warajh, Richard u Louis b'7%.
Fl-istess stħarriġ, kienu aktar minn 66% tan-nies li qalu li l-Prinċep għandu jieqaf għal sitt ġimgħat minn xogħlu bħala pilota.
Id-data ta' meta hu mistenni t-twelid tat-tarbija rjali, għadu ma ġiex imħabbar, però bosta osservaturi qed jisħqu li l-Prinċep George se jkollu l-kumanija fi żmien qasir.